Deskrizzjoni

Maltisew hu innovattiv għaliex jitbiegħed mill-forma stabbilita ta’ ċekkjaturi oħra. Ma jużax corpus jew corpora ta’ kelmiet bħala bażi biex jidentifika l-kelmiet miktubin ħażin. Minflok juża database li nħoloq speċifikament għalih u li fih aktar minn 13-il miljun kelma, il-kliem kollu tal-Malti. Ma jużax is-sistema tax-“shortest distance” biex jikkoreġi l-kelmiet żbaljati, imma juża regoli speċifiċi biex jagħti s-suġġerimenti.
Iċ-ċekkjatur jinkludi ħafna aktar kliem mill-kliem li nsibu f’dizzjunarju. Ir-raġuni hi li n-nomi, l-aġġettivi u l-verbi huma miftuħin fil-forom kollha. Verb bħal “kiser” għandu 871 forma; verb bħal “ibblowja” għandu 1,549 forma. Nomi jew aġġettivi għandhom bejn 18-il forma u 21 forma, jiddependi mill-għamla tan-nom jew l-aġġettiv. Xi partiċelli jingħaqdu ma’ nomi, aġġettivi u verbi permezz tal-appostrofu.
Iċ-ċekkjatur jagħti s-suġġerimenti billi japplika regoli speċifiċi. Japplika l-1,700 regola sempliċi, regoli li jikkoreġu żball ortografiku wieħed u jagħti s-suġġerimenti kollha. Japplika wkoll ir-regoli multipli, regoli li jikkoreġu aktar minn żball wieħed. Ngħidu aħna, il-kelma “wettomla x” fiha 4 żbalji u ċ-ċekkjatur jagħti żewġ suġġerimenti: “wegħidthomlha” u “wegħedthomlha”.


Elementi partikulari taċ-ċekkjatur:
  • Jikkoreġi sekwenzi ta’ kelmiet
    Eż. morna il-baħarx = morna l-baħar
          bosta uliedx = bosta wlied
          kien jridx = kien irid
          ta’ l-aħħarx = tal-aħħar
          ġo l-ilmax = ġol-ilma
  • Jikkoreġi kelma żbaljata f’sekwenza ta’ kelmiet
    Eż. Ħlibna in-naġ.x = Ħlibna n-nagħaġ.
          sa l-egħlieqix = sal-għelieqi
          Kellimna il-missierax = Kellimna ‘l missierha.
  • Jagħti sekwenza ta’ kelmiet minflok kelma waħda
    Eż. f’knisjax = fi knisja
          b’cubiclex = bi cubicle
          x’imkienx = xi mkien
          b’imqassx = bi mqass
          f’irdumx = fi rdum
  • Jikkoreġi t-twaqqigħ tal-“i” etimoloġika
    Eż. Kienu ndividwatix. = Kienu individwati.
          tajra bbalzmatax = tajra ibbalzmata
  • Jikkoreġi kelmiet żbaljati li jirriflettu t-taħdit devjanti
    Eż. kamarthax = kamritha
          kpejtx = bkejt
          petlorx = petrol
          nobromilhomx = nobormilhom
          jaqraħħax = jaqraha
          newwillhax = newlilha
          għomejtx = għomt
          biħħejnax = begħna
  • Jikkoreġi kelmiet żbaljati li jirriflettu t-taħdit devjanti
    Eż. kamarthax = kamritha
          kpejtx = bkejt
          petlorx = petrol
          nobromilhomx = nobormilhom
          jaqraħħax = jaqraha
          newwillhax = newlilha
          għomejtx = għomt
          biħħejnax = begħna
  • Jikkoreġi kelmiet li ta’ spiss jinkitbu ħażin
    Eż. Kien igħixx. = Kien jgħix.
          għixienx = għajxien / għejxien
          Fittxu irkuprawx. = Fittxu rkupraw.
          għidtx = għedt
          iġifierix = jiġifieri
          Mbagħadx morna. = Imbagħad morna.
  • Jaċċetta l-varjanti ortografiċi.
    Eż. jaqalgħu = jaqilgħu
          tala’ = tela’
          jivvutaw = jivvotaw
          jimirdu = jomordu
          regħidt = regħedt
          Kont illibbes. = Kont inlibbes.
          Ridna rrabbu. = Ridna nrabbu.
  • Jinkludi ammont kbir ta’ kelmiet Ingliżi li għadu ma integrax għal kollox fuq livell miktub u għadu s’issa jinkiteb x’aktarx bl-Ingliż.
    Eż. ix-shop steward, is-cyclorama, iċ-chairperson, ashtray, windsurfer, fire extinguisher

    Nota: Il-kliem kollu ta’ nisel Ingliż li għadu jinkiteb bl-Ingliż isegwi r-regoli li japplikaw fit-twessigħ tal-forom (Eż. ix-shareholder u mhux is-shareholderx)
  • Jidentifika kelma li tkun element minn par jew sett ta’ omofoni (żewġ kelmiet jew aktar li jitlissnu l-istess imma jinkitbu b’mod differenti) u għal kull element jagħti deskirzzjoni grammatikali u / jew eżempju. Għalkemm ix-xogħol ewlieni taċ-ċekkjatur hu li jikkoreġi l-iżbalji, iż-żieda tal-omofoni tgħin lil min qed jikteb biex jagħżel il-kelma t-tajba li taqbel mal-kuntest relevanti.
    Eż. tefa: Toni tefa x-xemgħa.
          tefa’: Tefa’ l-ballun fix-xibka.
          tefgħa: Waqfitli l-karozza u tani tefgħa.

Maltisew jimxi mar-regoli stabbiliti mill-Akkademja tal-Malti u mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Fejn hemm ortografija li tinsab mhedda minn forom tat-taħdit devjanti, iċ-ċekkjatur isegwi r-regoli uffiċjali. Meta r-regoli jinbidlu, iċ-ċekkjatur jaġġorna ruħu skont il-bżonn.

Contact Us



Language Solutions Limited
Vault 14, Level 2, Valletta Waterfront, Floriana, FRN 1914 - Malta
T (+356) 2303 0000 E info@maltisew.com

www.maltisew.com